Ir-residenti ta’ Marsaxlokk jinsabu urtati hekk kif ftit tal-jiem ilu ingħata permess sabiex jimbnew żewġ maisonettes biswit l-Barumbara li tinsab fi Triq tax-Xerriek.
Il-Barumbara, li storikament kienet il-post fejn kienu jinżammu l-ħamiem, diġa għandha magħha binja li diversi snin ilu kienet inħarġet ordni ta’ infurzar sabiex titwaqqa il-binja illegali eżistenti.
F’konferenza tal-aħbarijiet, ir-residenti flimkien mal-kunsill lokali staqsew x’sar minnha din l-ordni, filwaqt li esprimew kif jinsabu urtati dwar dan l-iżvilupp.
Il-binja preżenti biswit il-barumbara bħalissa tinsab f’qagħda ħazina hekk kif ilha abbandunata diversi snin.
Il-kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista Janice Chetcuti stqarret ma Net News kif din il-binja saret art għall-annimali mejta li qed toħloq inkonvinjenza kbira speċjalment minħabba l-mard li qed tikkawża.
Minn naħa l-oħra diversi residenti stqarrew magħna ukoll għaliex jinsabu urtati kemm bl-azzjoni li ttieħdet mill-Awtorità tal-Ipjanar u kemm mill-fatt li l-ordni ta’ infurzar ma’ gietx implementata.
Il-kunsill lokali qed jistaqsi wkoll ta’ min hi l-binja illegali li hemm biswit il-barumbara.
//= $special ?>