Futbol Sport

FILMAT: Iż-zewġ kowċis jitkellmu lejliet id-derby bejn Mosta u Naxxar Lions

Johann Scicluna u Oliver Spiteri (Ritratt: Matthew Tabone)
Il-logħba tintlagħab għada l-Ħadd fl-4.00pm fl-Istadium Nazzjonali f'Ta' Qali

Dak li hu msejjaħ bħala d-derby tat-Tramuntana għandu sinifikat partikolari din id-darba. Rebħa għal Mosta tfisser salvazzjoni matematika filwaqt li telfa għal Naxxar Lions tfisser relegazzjoni għall-Ewwel Diviżjoni wara staġun.

Bħalissa Mosta għandhom 23 punt u minkejja li huma salvi minn relegazzjoni diretta, għad għandhom possibbiltà li jilagħbu l-play-off kontra min jispiċċa t-tielet fl-ewwel diviżjoni. Naxxar għandhom 16-il punt u bħalissa jinsabu erba’ punti taħt St. Andrews u ħames punti taħt Tarxien Rainbows rispettivament.

Iż-żewġ kowċis rispettivi Johann Scicluna u Oliver Spiteri tkellmu dwar din il-logħba importanti.