Ambjent Lokali

FILMAT: Jiġbed l-attenzjoni dwar siġra ‘perikoluża’ ħdejn l-iskola tal-Verdala

Siġra mmejla ħafna spiċċat is-suġġett ta’ filmat li ttella’ fuq Facebook.

Il-filmat ittella’ minn George Ebejer, famuż l-aktar għall-videos li kien għamel dwar it-tappijiet il-ġodda tal-fliexken tal-kartun tal-Benna.

Is-siġra tinsab ħdejn l-iskola tal-Verdala f’Bormla.

“Nispera li l-messaġġ jasal għand min jieħu ħsieb qabel ma ssir xi diżgrazzja”, kiteb sid il-filmat.

Fl-aħħar jiem, ħafna nies ġibdu l-attenzjoni dwar siġar madwar Malta li mad-daqqa t’għajn jidhru perikolużi.

Dan minħabba inċident fatali li seħħ aktar kmieni din il-ġimgħa meta żewġ persuni tilfu ħajjithom meta double-decker ħabdtet ma’ siġra.