“L-ilmenti tagħna waqgħu fuq widnejn torox”
“L-ilmenti tagħna waqgħu fuq widnejn torox”. Dan huwa l-kumment tal-Grupp Universitarji Għawdxin hekk kif ħames xhur wara li saret laqgħa mal-Ministru għat-Trasport, baqa’ ma sar xejn.
Fi stqarrija, il-GUG qalet li wieħed mill-ilmenti tal-istudenti Għawdxin kien li għalkemm il-bus shelter fiċ-Ċirkewwa huwa sabiħ mad-daqqa t’għajn, mhux ideali f’kull element. Dan hekk kif wieħed jew jesperjenza r-raġġi tax-xemx diretti fuqu, jew jixxarrab għasra kemm bil-baħar minħabba r-riħ jew bix-xita.
L-għaqda GUG qed jagħmlu diversi proposti lil Ministru tat-Trasport sabiex titjieb il-ħajja għall-istudenti Għawdxin. Dan hekk kif il-karozzi tal-linji li għandhom il-vjaġġ mill-Imsida għaċ-Ċirkewwa mhumiex spissi.
Diversi studenti bagħtu l-ilmenti tagħhom b’email anke b’mod individwali mal-kumpanija ta’ Tal-Linja u irċievew lura li l-email waslet. Madanakollu, ħadd ma ħa l-ebda azzjoni.
//= $special ?>