Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet wara s-sejba ta’ katavru ta’ mara kif ukoll mara oħra li instabet mitlufa minn sensiha fl-istess residenza.
Is-sejba saret tard il-Ġimgħa filgħaxija f’residenza fi Triq Wiġi Rosato, f’Bormla.
NET News jinsab infurmat li l-mara, li għandha ‘il fuq minn sittin sena allegatament kienet ilha mejta bejn tlieta u erbat ijiem filwaqt li l-mara li nstabet mitlufa minn sensiha hi bint il-mejta.
Fil-post issejħu l-pulizija kif ukoll tim mediku li taw l-ewwel għajnuna filwaqt li l-mara li nstabet mitlufa minn sensiha ittieħdet l-isptar għall-kura u mill-informazzjoni li ksibna tinsab f’qagħda gravi mhux eskluż li din il-mara sofriet minn overdose.
Kelliema mill-Korp tal-Pulizija li tkellmu ma’ din il-kamra tal-aħbarijiet spjegaw li x’aktarx l-omm tilfet ħajjitha minħabba kawżi naturali madanakollu m’għaddew l-ebda kumment dwar bint il-vittma.
Rapporti fuq il-midja lokali allegaw ukoll li l-mara li nstabet mitlufa minn sensieha x’aktarx ħassitha ma tiflaħx minħabba ċirkostanti li ma kellha l-ebda kontroll fuqhom u minħabba f’hekk ma rrealizzatx li ommha kienet ilha mejta aktar minn 48 siegħa.
//= $special ?>

