Ħidma volontarja ta’ siegħat sħaħ għal skop wieħed; dik li tingħata l-imħabba u l-affarijiet bażiċi lil annimali abbandunati.
Numru kbir ta’ voluntiera jaħdmu bla waqfien fi tliet ħwienet tal-karità ta’ SCPA Malta sabiex jiġbru l-flus għal klieb u qtates li jkunu jgħixu barra.
L-SPCA ilha aktar minn mitt sena taħdem f’Malta fejn l-għan tagħha hu li jgħinu lil annimali abbandunati. L-għaqda taħdem favur l-annimali sabiex jipprevjenu l-krudeltà billi tgħati l-annimali djar xierqa. Huma jgħatu wkoll edukazzjoni dwar l-importanza ta’ imħabba lejn l-annimali. Is-sena l-oħra, madwar 3,000 studenti pparteċipaw f’proġett li għamlu.
Din l-għaqda għandha tliet ħwienet, wieħed ġewwa tas-Sliema u tnejn oħra ġewwa n-Naxxar. Il-voluntiera jixtiequ li iktar ’il quddiem jiftħu ċentru ieħor biex iżommu u jieħdu ħsieb il-mijiet ta’ klieb u qtates li ġew abbandunati f’Malta.
Kulħadd jista’ jgħin lil din l-għaqda, kemm billi jgħati ftit ħinu billi jkun voluntier, u anke billi jżur dawn il-ħwienet sabiex jixtri jew jgħati xi donazzjonijiet.
Wieħed jista’ jaddotta xi kelb jew qattus li hemm fiċ-ċentri jistennew l-imħabba ta’ familja wara li jkunu ġew abbandunati. Membri ta’ SPCA jintbatu fid-djar biex jaraw li l-annimali li se jkun qed jiġu addottati se jkun f’ambjent addattat għalihom.
//= $special ?>