Futbol Sport

Partitarju Malti “jinki” lil Nainggolan ta’ Roma

Il-Maltin f'Ruma lejlet id-derby tal-kapitali fi Stadio Olimpico

Il-midfielder ta’ Roma Radja Nainggolan spiċċa f’nofs ċajta ħelwa li għamillu partitarju Malti ta’ Lazio, lejlet id-derby tant mistenni fil-kapitali Taljana.

Fuq Facebook, il-partitarju ta’ Lazio Paul Saliba poġġa’ dan il-video li ħa ma Nainggolan, fejn hu jinstema’ jgħidlu “Forza Lazio”. Għal dawn il-kelmiet, il-Belġjan qabad u telaq ‘l hemm bla kliem u bla sliem.

Il-video diġa’ infirex sew fuq il-media soċjali, b’ħafna jirrimarkaw kemm il-Malti kellu kuraġġ jagħmel din iċ-ċajta ħelwa.

Saliba hu l-uniku partitarju ta’ Lazio mill-grupp li qiegħed miegħu.