RIEFNU: Siġra u ħajt iċedu fis-Sannat; Ħarruba titqaċċat f’Ħad-Dingli

Is-siġra li ċediet fis-Sannat

Siġra kbira spiċċat waqgħat għal fit-triq fi Triq Marżiena, is-Sannat Għawdex, aktarx b’konsegwenza tar-riefnu li matul il-ġurnata ħakem lill-Gżejjer Maltin.

Fortunatament ħadd ma weġġa’ meta din is-siġra nqalgħet u ċediet fit-triq. Magħha waqa’ wkoll ħajt li jifred it-triq mill-ground tas-Sannat.

NET News jinsab infurmat li ftit qabel kien hemm numru ta’ karozzi pparkjati taħt is-siġra, jistennew biex jarmu xi affarijiet ġo skip.

Fost il-ġimgħa, fl-istess post, jipparkjaw ukoll numru ta’ għalliema li jgħallmu fi skola fil-qrib.

Sadanittant, inċident simili iżda fuq skala iżgħar seħħ qrib is-Savio College f’Ħad-Dingli, fejn ħarruba antika tqaċċtet.

Ħarruba antika tqaċċtet f’Ħad-Dingli