Wara xhur ta’ manutenzjoni estensiva u restawr, nhar id-9 ta’ April l-Arċisqof ta’ Malta Mons. Charles J. Scicluna fetaħ mill-ġdid id-Dar tat-Talb ‘Lunzjata’ fil-limiti tar-Rabat li hija mmexxija mill-Patrijiet Karmelitani. Dan il-proġett sar f’għeluq is-600 sena ta’ preżenza tal-Karmelitani f’Malta.
Il-knisja u l-kunvent li kien imiss magħha, ngħataw lill-Karmelitani fis-sena 1418, filwaqt li fl-1990 infetħet id-Dar tat-Talb, li tilqa’ fiha persuni u gruppi għall-irtiri.
Id-dar fiha 18-il kamra b’total ta’ 32 sodda, li wħud minnhom huma attrezzati għal persuni bi bżonnijiet speċjali.
Id-dar tilqa’ wkoll gruppi ta’ madwar 50 ruħ għal irtiri ta’ ġurnata. Fil-kumpless insibu wkoll l-Għar ta’ San Anard li hu kappella medjevali. Il-post se jkun miftuħ għal Open Day bejn it-28 u d-29 ta’ April bejn l-10am u l-5pm.
//= $special ?>