Tfajjel ta’ 6 snin kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li ntlaqat minn vettura.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11.30 ta’ dalgħodu fi Triq C. De Brocktorff, fl-Imsida, meta għal xi raġuni mhux magħrufa ċ-ċkejken ntlaqat minn karozza misjuqa minn Russa ta’ 39 sena residenti tas-Sliema.
Fuq il-post issejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħa lit-tifel l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.
//= $special ?>