Lokali

TWISSIJA TA’ RITRATTI GRAFIĊI: Kelb abbandunat b’feriti serji


Kelba ta’ 8 snin tiġi abbandunata u ssofri diversi feriti li wassluha kważi fl-aħħar ta’ ħajjitha. Dan wara li l-familja li kienet għandhom tefgħuha barra u spiċċat f’razzett, fejn għamlet il-ħin kollu marbuta b’katina.

Il-kelba kienet salvata minn żewġt ibniet, li ħaduha għand l-Assoċjazzjoni għall-Annimali Abbandunati.

L-Assoċjazzjoni appellat biex jekk wieħed jitħajjar iġib annimal domestiku, għandu dejjem iżomm f’moħħu li l-annimal irid familja li tieħu ħsiebu sal-aħħar ta’ ħajtu. Dan hekk kif ħafna drabi, l-annimali li jiġu abbandunati jiġu trattati ħażin minn persuni oħra jew attakkati minn xi annimali.

L-Assoċjazzjoni għall-Annimali Abbandunati qalet li l-klieb se jibqgħu jbatu ladarba mhux se tiġi illegali li wieħed jorbothom b’katina.

U għalkemm dan hu każ wieħed, sfortunatament huma jaraw minn dawn ta’ kuljum.