Lokali

10 persuni fil-pussess tad-droga arrestati f’Paceville

10 irġiel, li l-etajiet tagħhom tvarja bejn id-19 u it-28 sena u huma Maltin, Niġerjan u Somalu ġew arrestati f’ħidma kontra d-droga li saret fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd f’Paceville.

Is-Somalu nstab fil-pussess ta’ diversi qratas bid-droga suspettata kokaina u tal-pjanta tal-Cannabis, lesta għat-traffikar. Wieħed mill-Maltin instab ukoll fil-pussess ta’ diversi qratas bid-droga suspettata kokaina lesta wkoll għat-traffikar.

L-irġiel l-oħra, li huma Maltin u Niġerjan, instabu fil-pussess tad-droga suspettata kokaina u ħaxixa għall-użu personali tagħhom.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.