Lokali

Emma Muscat terġa’ timpressjona – deskritta bħala straordinarja mill-ġurija

Emma Muscat, il-kantanta Maltija li qed tisraq il-qlub tal-Maltin u t-Taljani, irnexxielha tagħmilha għat-tielet serale ta’ nhar is-Sibt wara li għal darb’oħra l-membri tal-ġurija kienu impressjonati bil-prestazzjoni tat-tfajla Maltija – fejn fost oħrajn ix-showgirl u żeffiena Heather Parisi ddeskriviet lil Emma bħala straordinarja.

Emma bdiet fuq sieq ħażina hekk kif wara li kantat il-kanzunetta ċelebri ‘I Will Always Love You’ ta’ Whitney Houston kontra l-kantanta Carmen. Hawnhekk il-produtturi tal-programm Amici di Maria de Filippi ġabu lit-Taljana tibki għax stunat fil-provi ġenerali kif ukoll ċemplulha lil nannuha, li bla ebda dubju infaqgħet tibki hekk kif semgħet leħnu – dan kollu waqt li t-televoting kien miftuħ. L-ewwel prova rebħitha Carmen bil-54% tal-voti.

Dan filwaqt li fid-disa prova, Emma u l-kantant Irama kellhom ikantaw dwett kontra Carmen u Einar. Id-dwett tal-kantanta Maltija kienet il-kanzunetta ‘Demons’ ta’ Imagine Dragons, li niżlet għasel kemm mal-ġurija kif ukoll mal-pubbliku u t-telespettaturi hekk kif trijonfaw bit-53% tal-voti.

Madanakollu għal darb’oħra t-tim tal-Blu rebħu dan is-serale b’51% tal-voti.

L-eliminati kienu Daniele u Sephora minn tal-Bluni.