L-eks membru parlamentari Laburista Charles Buhagiar, illum konsulent tal-Prim Ministru għall-proġetti kapitali, jinsab taħt investigazzjoni.
Dan hekk kif jirriżulta li Buhagiar ħalla lil martu tuża l-karozza uffiċjali mikrija lilu mill-Gvern għal tliet snin sħaħ, waqt li hu bbenefika minn kirja ta’ vettura oħra.
L-investigazzjoni nterna nfetħet mis-Segretarjat Permanenti fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura fejn qed issir ukoll audit.
Il-gazzetta Malta Today bagħtet mistoqsijiet lill-Miniteru dwar din l-investigazzjoni u żewġ reviews oħra li għaddejjin bħalissa, iżda ma kien hemm l-ebda tweġiba bl-iskuża li l-nvestigazzjonijiet għadhom f’fażi bikrija.
Madankollu l-isess Buhagiar ikkonferma mal-Malta Today li qed ikun investigat b’rabta ma’ kwistjoni dwar it-trasport. Hu ddikjara li din il-vettura żviluppatilha ħsara ftit wara li nkriet lilu, allura ddeċieda li jħalliha pparkjata quddiem ir-residenza tiegħu iżda kienet tintuża għal xi qadi.
Ippressat mill-istess gazzetta, Buhagiar l-ewwel qal li martu kienet tuża din il-vettura biex twassal lilu, iżda meta mfakkar li kellu xufier assenjat miegħu, qal li martu kienet tuża din il-vettura biss filgħaxijiet jew għal distanzi qosra.
//= $special ?>