L-istejjer investigattivi tal-ġurnalista assasinata Daphne Caruana Galizia ser ikomplu jiġu ppubblikati.
Dan hekk kif konsorzju magħmul minn 45 ġurnalist internazzjonali minn tmintax-il kamra tal-aħbarijiet, ingħaqdu b’kollabroazzjoni unika sabiex ikomplu jinvestigaw l-aktar stejjer importanti tal-ġurnalista.
Fl-aħħar 5 xhur dawn il-ġurnalisti ħarsu lejn 3 kwarti ta miljun dokument sabiex ikomplu xogħol Caruana Galizia dwar ħasil ta’ flus u korruzzjoni.
Filwaqt li l-proġett, Daphne Stories, huwa ko-ordinat minn Forbidden Stories, l-ewwel storja ser tiġi ppublikata nhar it-Tlieta, 17 ta’ April.
//= $special ?>