Pakistani residenti Ħaż-Żabbar kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li tilef il-kontroll tal-mutur.
Il-każ seħħ fi Triq Ġeronimo Abos, fl-Iklin, għall-ħabta tat-15.30, meta l-vittma ta’ 32 sena tilef il-kontroll tal-vejikolu bil-konsegwenza li nqeleb.
Fuq il-post ġie msejjaħ tim mediku tal-ambulanzi li ħa lill-barrani l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.
//= $special ?>