Raġel kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li waqa’ mill-irdum ta’ Wied il-Mielaħ, fl-inħawi tal-Għarb.
Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li għal xi raġuni l-vittma waqa’ f’toqba fl-irdum li kienet tagħti għat-tieqa ta’ Wied il-Mielaħ. Dan kollu minkejja li kien hemm passaġġ sigur sabiex jinżel iżda allegatament dan sofra xi ħsarat u qatt ma tranġa bil-konsegwenza li spiċċa ċeda.
Fuq il-post ssejħu uffiċjali tal-Pulizija, Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku tal-ambulanzi sabiex ħadu lill-vittma l-isptar għal aktar kura.
Intant il-kundizzjoni tar-raġel għadha mhux magħrufa.
//= $special ?>

