Lokali

Raġel jaqa’ taħt il-monument tal-qanpiena fil-Belt Valletta

Membri tal-Forzi Armati ta’ Malta kienu nvoluti f’ħidma sabiex ġie salvat barrani li waqa’ fil-baħar fiż-żona tal-Monument tal-Qanpiena tal-Gwerra fil-Belt Valletta.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-13:20 meta xi oġġetti personali tal-vittma waqgħu u niżel biex iġibhom. Madankollu tilef il-bilanċ u waqa’ fil-baħar, fejn spiċċa jitħabat mal-mewġ li beda jsabbtu mal-blat.

L-uffiċjali ssejħu fil-pront fuq il-post hekk kif ir-raġel intlemaħ minn xi persuni jissielet għal ħajtu – għaldaqstant huwa nġabar minn patrol boat tal-FAM.

Filwaqt li l-barrani ttieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura, il-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.