Sport Waterpolo

San Ġiljan u Sliema jirbħu mingħajr diffikultà

Birżebbuġa punti massimi fl-Ewwel Diviżjoni wkoll iżda jridu jistennew il-play-offs

SAN ĠILJAN TUM INVEST……..13

NEPTUNES LEO VEGAS………….5

(3-0), (3-2), (4-1), (3-2)

Is-serje ta’ rebħiet konsekuttivi ta’ San Ġiljan TUM Invest telgħet għal 38 logħba b’rebħa tajba ta’ 13-5 fuq Neptunes Leo Vegas. Din ir-rebħa tħalli lil San Ġiljan waħedhom fil-quċċata, ċerti li se jkunu fis-semifinali tal-play-offs filwaqt li komplew jikkonfermaw il-qawwa tagħhom. Neptunes kellhom lill-captain Niki Lanzon nieqes.

Il-Ġiljaniżi rebħu l-ewwel sessjoni 3-0 b’gowls taż-żgħażagħ Ben Plumpton, Andreas Galea u Darren Zammit. Huma saħansitra għamluhom 5-0 fil-bidu tat-tieni sessjoni b’gowl ieħor ta’ Plumpton u penalty ta’ Dino Zammit.

Jordan Camilleri naqqas id-distakk iżda minuta wara Dino Zammit skorja minn man-up. Camilleri skorja t-tieni gowl ta’ Neptunes ukoll minn man-up bid-distakk bejn it-tnejn sal-mistrieħ ikun ta’ erba’ gowls.

It-tim ta’ Orlovic għalaq il-logħba fit-tielet sessjoni hekk kif sa nofs is-sessjoni kienu 8-2 minn fuq. Wara li Erodan naqqas id-distakk, Matthew Zammit u Tristan Said kabbru d-distakk għal seba’ gowls. L-aħħar sessjoni kienet formalità, b’San Ġiljan jamministraw sat-tmiem.

San Ġiljan: J. Tanti, P. Borg, A. Galea (1), B. Grech, M. Zammit (2), B. Plumpton (2), C. Farrugia, T. Said (1), D. Zammit (1), P. Fava (1), D. Zammit (5), T. Micallef

Neptunes: A. Borg Cole, K. Erdogan, G. Pace, S. Busuttil, N. Zammit, J. Camilleri (3), M. Cutajar, M. Zammit, J. Muscat, B. Busuttil, F. Buhagiar

Referees: Mario Dalli, Peter Balzan

EXILES JETFREIGHT………….5

SLIEMA FRANK SALT…………11

(1-1), (1-3), (0-2), (3-5)

Sliema Frank Salt jinsabu waħedhom fit-tielet post tal-klassifika, wara li għelbu lil Exiles Jetfreight. Il-logħba nfetħet lejn it-tmiem, b’Sliema jkunu solidi fid-difiża. Exiles fallew numru kbir ta’ man-ups u skorjaw biss gowl minn 11-il sitwazzjoni ta’ raġel aktar.

Jerome Gabarretta fetaħ l-iskor għal Sliema tliet minuti minn tmiem l-ewwel sessjoni iżda Timmy Sullivan ġab id-draw fl-attakk ta’ wara. Sullivan reġa’ ġab id-draw fit-tieni sessjoni, iżda Zach Mizzi u David Fenech assiguraw li Sliema jidħlu jistrieħu żewġ gowls vantaġġ.

Is-Slimiżi prattikament għalqu l-logħba fit-tielet sessjoni b’żewġ gowls minn Nicholas Bugelli u Jerome Gabarretta, biex fl-aħħar sessjoni l-partita nfetħet aktar, b’Sliema jibqgħu dejjem pass qabel Exiles biex meta Jerome Gabarretta għamilhom 9-5 f’nofs l-aħħar sessjoni l-partita ntemmet.

Exiles: M. Castillo, C. Van Brockdorf, A. Bianchi, P. Paris, T. Sullivan (2), S. Xerri de Caro, M. Fenech, K. Griscti, N. Paris (1), A. Cousin (1), B. Lanzon, L. Felice, G. Ciappara

Sliema: J. Sammut, J. Gabarretta (4), D. Fenech (1), M. Carani (1), M. Meli (1), K. Dowling, M. Spiteri Staines (1), J. Saliba, M. Cordina, Z. Galea Mule, Z. Mizzi (1), N. Bugelli (2), Z. Sciberras

Referees: Peter Balzan, Stefan Licari

L-EWWEL DIVIŻJONI

MARSASKALA TRANSCRIPTA…..4

BIRŻEBBUĠA FREEPORT…………5

(2-2), (2-2), (0-1), (0-0)

Birżebbuġa baqgħu b’punti massimi wara ħames partiti meta għelbu lil Marsaskala Freeport 5-4. Kif jixhed l-iskor kienet logħba missielta li fiha l-ebda tim qatt ma kellu vantaġġ ta’ żewġ gowls.

Liam Grixti fetaħ l-iskor għal Marsaskala fl-ewwel minuta tal-logħba, iżda Julian Rizzo Naudi ġab id-draw. David Cutajar poġġa lil Birżebbuġa minn fuq minn man-up, madankollu fl-azzjoni sussegwenti Jake Bajada ġab id-draw.

Birżebbuġa ħadu l-vantaġġ darbtejn fit-tieni sessjoni, iżda Marsaskala wieġbu fiż-żewġ okkażjonijiet biex it-tnejn daħlu jistrieħu fi draw ta’ 4-4. Kien gowl ta’ Mattias Ortoleva lejn nofs it-tielet sessjoni li spiċċa biex iddeċieda l-logħba hekk kif fl-aħħar sessjoni l-ebda tim ma sab ix-xibka.

Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar, J. Borg, D. Borg Millo (1), L. Grixti (1), K. Navarro, J. Busuttil, J. Bajada (1), C. Mifsud, D. Cassar, R. Attard (1), B. Muscat

Birżebbuġa: D. Abela, M. Borg, N. Cassar, D. Pace Lupi, J. Buhagiar, J. Rizzo Naudi (2), S. Vassallo (1), D. Cutajar (1), S. Micallef, G. Farrugia, M. Tabone, M. Ortoleva (1), D. Spiteri

Referees: Alex De Raffaele, Stefan Licari

Kampjonat Premier

Sirens v Valletta            6-2

Exiles v Sliema              5-11

San Ġiljan v Neptunes   13-5

Kif Jinsabu

                    L       R       D       T       F       K       Pti

San Ġiljan   5        5        0        0        54      24      15

Sirens          5        4        0        1        39      35      12

Sliema         5        3        0        2        44      34      9

Neptunes    5        2        0        3        41      46      6

Exiles          5        1        0        4        28      46      3

Valletta       5        0        0        5        20      39      0

Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni

Ta’ Xbiex v Otters                   14-8

Marsaskala v Birżebbuġa        4-5

Kif Jinsabu

                          L       R       D       T       F       K       Pti

Birżebbuġa       5        5        0        0        54      25      15

Marsaskala       5        3        0        2        37      28      9

Ta’ Xbiex           5        2        0        3        44      38      6

Otters                 5        0        0        5        26      69      0