Lokali

Spanjol iweġġa’ gravi meta ttajjar minn karrozza fil-Furjana

Raġel Spanjol ta’ 55 sena qed isofri ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn vettura lbieraħ filgħaxija fil-Furjana.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-disgħa neqsin għaxra fi Triq Sant Anna meta r-raġel intlaqat minn vettura tat-tip Peugeot 308, misjuqa minn raġel ta’ 71 sena residenti l-Mellieħa.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.