Lokali

AĠĠORNATA: Tarbija involuta f’inċident tat-traffiku fil-Marsa

Omm mix-Xgħajra u tarbija ta’ 5 xhur kellhom jittieħdu b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku fil-Marsa.

Il-każ seħħ tard il-Ħadd filgħodu fi Triq Diċembru 13 hekk kif għal xi raġuni raġel minn Wied il-Għajn ta’ 57 sena tilef il-kontroll tal-vettura bil-konsegwenza li l-vettura kellha mpatt ma arblu tad-dawl.

Passiġġiera flimkien mar-raġel kien hemm il-mara ta’ tletin sena flimkien mat-tarbija ċkejkna.

Fuq il-post issejħu uffiċjali tal-Pulizija u tim mediku tal-ambulanzi li taw l-ewwel għajnuna lill-persuni involuti. Filwaqt li l-vittmi ttieħdu l-isptar għal aktar kura, l-kundizzjoni tagħhom għadha mhux magħrufa.