Lokali

Tfal evakwati minħabba nirien waqt logħba tal-U11s

Logħba li kienet għaddejja fil-grawnd ta’ Żurrieq kellha tiġi abbandunata wara nar li żviluppa fi dressing room li tinsab fl-istess kumpless.

Skont sorsi tal-programm sportiv ta’ Net Television, Replay, jirriżulta li n-nar żviluppa minn appliance u kompla jinfirex fil-binja, għalkemm fortunatament ħadd ma weġġa’.

Malli kien evidenti dak li kien għaddej, b’daħna kbira ħierġa mill-binja, il-logħba twaqqfet u t-tfal inħarġu mill-grawnd għal post sigur.