L-organizazzjoni internazzjonali ‘Index on Censorship’ ħabbret kampanja biex tqajjem kuxjenza dwar tipi differenti ta’ theddid li jiffaċċjaw il-ġurnalisti f’xogħolhom.
Il-kampanja tħabbret minn Index on Censorship fl-okkażjoni tal-anniversarju tas-sitt xahar minn meta nqatlet brutalment il-ġurnalista Maltija Daphne Caruana Galizia.
Index on Censorship qalet li madwar id-dinja, negozji multi-miljunarji u politiċi għandhom ħabta jheddu lill-ġurnalisti biex isikktuhom billi jhedduhom bi proċeduri legali li jiswew miljuni ta’ ewro – proċedura magħrufa bħala SLAPP, fejn
Iffaċċjati bit-theddida ta’ proċeduri li ma jispiċċaw qatt u bi spejjeż għoljin ħafna, il-ġurnalisti jispiċċaw ikollhom jisktu.
Imma dwar dan, il-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani qal li din il-Ġimgħa, il-Parlament Ewropew mistenni jaddotta reżoluzzjoni biex permezz tagħha jsejjaħ lill-Kummissjoni Ewropea tikkunsidra miżuri kontra l-iSLAPP.
Tajani kien qed jitkellem ukoll f’għeluq is-sitt xahar mill-qtil tal-ġurnalista Maltija Daphne Caruana Galizia. Tajani temm jgħid li l-Parlament Ewropew mhux beħsiebu jistrieħ qabel issir ġustizzja ma’ Caruana Galizia.
//= $special ?>