Lokali Mużika

Emma terġa’ tinfaqa tibki

"Jien nagħti 150% meta nkanta"

“Nirrabja meta nisma li jien bla sentimenti u nkanta mingħajr emozzjoni”.

Hekk qalet illum il-kantanta Maltija Emma, meta waranofsinhar ixxandar episodju ieħor ta’ Amici – episodju li fih ġabu intervisti mill-Grupp tal-Bojod li qed jikkompetu fis-‘Serale’.

Emma bdiet tibki meta irreferiet għall-kritika li qed issirilha. Il-kantanta kienet bkiet ukoll ftit tal-ġimgħat ilu meta għalliema partikolari qaltilha biex tneħħi l-make-up u tkun kunfidenti fiha innifisha.

Sa issa l-kantanta Maltija diġa’ ġibdet it-tifħir ta’ miljuni fl-Italja.