Ambjent Lokali

“Hemm bżonn nieqfu minn din il-qerda” – il-Kamra tal-Periti

F'riskju li nitilfu l-karattru tal-irħula tagħna

Il-Kamra tal-Periti qed twassal vuċi b’saħħitha kontra dik li sejjħet “qerda” li qed isseħħ f’pajjiżna.

Fi stqarrija, il-Periti qalu li “l-istat ta’ l-ambjent mibni għandu impatt kbir fuq il-kwalita’ tal-ħajja taċ-ċittadini ta’ dawn il-gżejjer. Iżda qed naraw tibdil mgħaġġel, li jittrasforma il-karattru uniku arkitettoniku, it-toroq u l-iskyline tal-irħula u bliet tagħna, b’mod drammatiku u irriversibbli”.

Il-Kamra tal-Periti temmen li l-irħula tagħna jinsabu mhedda u f’riskju li jintilfu. “Qegħdin naraw it-twaqqiegħ indiskriminat tal-wirt mibni u kulturali, u l-kwalita’ tal-ambjent urban qiegħed jiftaqar kuljum”.

Għalhekk, tgħid l-istqarrija, “hemm bżonn nieqfu għal din il-qirda”.