Lokali Parlament

Il-politiċi obbligati jsaħħu d-dinjità tal-bniedem

– Claudio Grech, PN

Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech qal li l-obbligu ta’ kull politiku hu li tissaħħaħ id-dinjità tal-bniedem.

Fid-diskussjoni parlamentari dwar l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali Claudio Grech qal li s-sens ta’ soċjetà jkun vojt jekk din ma tkunx taf tagħder u sostna minkejja t-tkabbir tal-ekonomija iżda hawn numru kbir ta’ nies li mhux qed igawdu minn dawn it-tkabbir. Hu enfażizza l-importanza li l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tkun imsaħħa.

Id-deputat Nazzjonalista semma’ d-diversi kategoriji tas-soċjetà li jkollhom bżonn l-appoġġ u li l-istat ikun qed jagħti l-għajnuna tiegħu. Hu qal li wasal iż-żmien li l-parlament jibda jiddiskuti qafas ġdid kif titħaddem is-soldarjetà soċjali li dejjem issaħħet.

Claudio Grech qal li għandu jkun ikkunsidrat mod kif kif tingħata s-solidarjetà soċjali biex dawk l-aktar vulnerabbli jingħataw iktar appoġġ. Dan hu l-mument li għandom isiru dawn il-kunsiderazzjonijiet propju għaliex il-pajjiż għandu surplus ekonomiku. Hu enfażizza l-importanza tad-dinjità sħiħa tal-persuna u qal li l-politiċi għandhom obbligu fundamentali li jħassu d-dinjità tal-persuni. Ekonomija tkun vojta jekk il-persuna ma jkollhix id-dinjità tal-bniedem.

Id-deputat Nazzjonalista tkellem ukoll dwar ir-rendikont li jingħata lura lill-poplu għat-taxxi li jħallsu biex is-servizz jingħataw bl-aħjar mod u bl-aktar mod effettiv.