Lokali

“Il-poplu għadu qed jitlob ġustizzja”

Illum sitt xhur mill-qtil ta' Daphne Caruana Galizia

Wara sitt xhur mill-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, sa issa għadhom ma ingħatawx tweġibiet. “Ħadd ma refa’ r-responsabbilta’ politika, u għalhekk in-nies għadhom qed jitolbu li ssir ġustizzja”.

Hekk qal f’messaġġ fuq Twitter il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kmieni dalgħodu.

Hu saħaq li n-nies għandhom dritt ikunu jafu min kien il-moħħ wara dan il-qtil, u qed jistennew ġustizzja.

Il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia inqatlet fis-16 t’Ottubru li għadda permezz ta’ karozza bomba.

Għalkemm kien hemm 3 irġiel li tressqu l-Qorti, ħadd għadu ma jaf min kien il-moħħ u l-id li kkordinat dan l-att barbaru li dwaru tkellmu politiċi u ġurnalisti madwar id-dinja kollha.