Lokali Parlament

Il-vuċi ta’ Daphne Caruana Galizia qed tinstema’ madwar id-dinja…f’Malta hawn min irid isikkitha

– Claudette Buttigieg, PN

Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg sostniet li l-vuċi ta’ Daphne Caruana Galizia qed tistema f’kull rokna tad-dinja waqt li f’Malta hawn min irid isikitha.

Fl-Aġġornament Claudette Buttigieg tkellmet dwar il-qtil ta’ Daphne Cruana Galizia u sostniet li qed isiru tentattivi biex titħassar il-memorja ta’ Daphne Caruana Galizia. Hi kompliet li l-vuċi tal-libertà tal-espressjoni ttertqet u jekk ikun hemm min jipprova jtiha l-ħajja jsib li min jipprova jwaqqfu.

Il-perseveranza kienet qawwija għalkemm il-folol m’humiex kbar fl-attivitajiet. Hawn media li ma tirraporta xejn dwar dak li qed iseħħ fil-pajjiż, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li faħħret id-dinjità u l-perseveranza tal-familja Caruana Galizia.

Dawn qed iwasslu l-messaġġ tagħhom bla heda flimkien ma’ għaqdiet oħra u media fejn hemm ġurnalisti kuraġġjużi li għandhom ir-rieda u l-ħeġġa. Hi sellmet lil David Casa li ma waqafx jiġġieled din il-ġlieda għall-verità.

Fl-aħħar xahar l-affarijiet bdew jinbidlu fejn kien arrestat iċ-Chairman tal-Pilatus Bank Bank Ali Sadr; li skont Edward Zammit Lewis ġie Malta biex jieħu l-ħwejjeġ maħmuġin tiegħu. Hi fakkret li l-Qorti Griega ddeċidiet li Maria Efimova ma tkunx estradita lejn Malta.

Claudette Buttigieg semmiet id-Daphne Project fejn 45 ġurnalist minn 18-il organizzazzjoni tal-media mondjali se jkomplu dak li Daphne Caruana Galizia kienet qed tagħmel weħidha.