Lokali

Mara tweġġa’ ħafif wara inċident taħt Bieb il-Bombi

Mara weġġgħet ħafif wara inċident li seħħ matul Triq l-Indipendenza, f’Tal-Pietà, fid-direzzjoni lejn Bieb il-Bombi.

Jirriżulta li l-inċident seħħ ftit qabel l-16:30 meta żewġ vetturi, inkluż dik tal-mara, ħabtu f’xulxin bumper to bumper. Konsegwenza ta’ dan, il-mara weġġgħet darha.

Konsegwenza ta’ dan, il-mara kellha tittieħed għall-kura filwat li karreġġjata minn tnejn matul din it-triq kellha tingħalaq sakemm għat-traffiku sakemm saru l-investigazzjonijiet neċessarji.

Fil-post intbagħtu uffiċjali tal-Pulizija mid-distrett, kif ukoll uffiċjali mit-Taqsima tat-Traffiku u wkoll gwardjan lokali.

It-taxi bajda li tidher fir-ritratt ma kinitx involuta f’dan l-inċident iżda nzertat qed tinstaq mill-karreġġjata l-oħra waqt li ttieħed dan ir-ritratt.