L-attur, R Lee Ermey, magħruf l-aktar għar-rwol tas-Surġent Hartman fil-film ‘Full Metal Jacket’ li jitratta l-Gwerra tal-Vjetnam, miet fl-età ta’ 74 sena. Mewtu kienet dovuta għal ‘kumplikazzjonijiet mill-pneumonia’.
Ermey, li kellu esperjenza twila bħala surġent mal-korp tal-morini (fis-sittinijiet u s-sebgħinijiet), interpreta diversi partijiet militari tul il-karriera tiegħu bħala attur u fl-1987 kiseb nominazzjoni għal Golden Globe għall-interpretazzjoni brillanti ta’ struttur għar-rekluti mal-morini fl-isemmi ‘Full Metal Jacket’, tad-direttur Stanley Kubrick.
Miet l-attur R Lee Ermey ta’ ‘Full Metal Jacket’


