Lokali

Persuni arrestati b’rabta ma’ kaċċa llegali 

Tard ilbieraħ waranofsinhar, għall-ħabta tas-sitta u nofs, ħidma mis-Sezzjoni tal-Administrative Law Enforcement (ALE), wasslet għall-arrestat  ta’ żewġ persuni, wara li dawn inqabdu jikaċċjaw llegalment fi staġun magħluq, fl-inħawi ta’ Ħal Għaxaq.

Iż-żewġ persuni li għandhom 20 u 47 sena rispettivament, huma residenti Ħal Għaxaq u mistennija jistressqu l-Qorti fis-sigħat li ġejjin.

Aktar tard ilbieraħ stess, ġie arrestat ukoll raġel ieħor ta’ 42 sena, ukoll minn Ħal Għaxaq u li kien qiegħed għall-kaċċa fi staġun magħluq u kien ukoll qed jagħmel użu minn arma tan-nar modifikata. Aktar investigazzjonijiet fuq dan il-każ għadhom għaddejjin u l-persuna ser jitressaq il-Qorti aktar ‘il quddiem.