Knisja Lokali

Propjeta’ tal-Knisja stmata €8 miljun f’kumpless għall-kura palljattiva mmexxi minn Hospice Malta

L-Istitut Adelaide Cini f’Santa Venera se jinbidel fl-ewwel kumpless tal-kura palljattiva residenzjali f’Malta immexxi minn Hospice Malta.

Dan wara li llum kien iffirmat ftehim bejn l-Arċidjoċesi ta’ Malta u l-Moviment Hospice li permezz tiegħu, Hospice Movement se jieħu f’idejh il-propjeta’ u jikkonvertiha f’ċentru ta’ kura palljattiva  għal pazjenti b’kundizzjonijiet mediċi serji għal perjodu ta’ 50 sena. L-Istitut, li hu mifrux fuq 9,000 metru kwadru hu stmat li jiswa’ madwar €8 miljuni.

L-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna qalet li l-Knisja qed tkompli fuq il-passi ta’ Adelaide Cini, mara li kienet bdiet tgħin lil nisa li kienu spiċċaw fit-triq, b’impenn u servizz soċjali u dinjita’ tal-bniedem. Hu qal li l-Moviment Hospice jixtieq kull appoġġ u l-ammirazzjoni u favur il-kultura tal-ħajja li qed tgħix minn sfidi kbar.

Hu qal li jifhem il-bżonn ta’ dan is-servizz u appella lill-poplu Malti biex jibqa’ jsostni  din il-ħidma tal-Moviment Hospice li se tespandi l-operat tagħha.

Il-ftehim kien iffirmat mis-Segretarju Amministrattiv tal-Arċidjoċesi ta’ Malta u Maria Gatt u t-Tabib Vincent Zammit, iċ-Chairperson u s-Segretarju tal-Malta Hospice Movement.

Il-Kumpless, magħruf bħala St Michael’s Hospice, mistenni jiftaħ il-bibien tiegħu fl-2021.