Franco x-xadin ġibed is-simpatija ta’ ħafna nies hekk kif fl-aħħar jiem kien qed idur dawra ma’ Malta.
Għal xi raġuni, Franco spiċċa ħarab mid-dar fejn jinżamm fl-Iklin u fil-jiem li għaddew intlemaħ f’diversi postijiet madwar Malta, fosthom f’residenzi privati fil-Madliena u saħansitra anke fil-lukanda Corinthia ta’ San Ġiljan.
Però l-avventura ta’ Franco ntemmet wara li tim tal-ambulanza tal-annimali ħadu lil Franco lura d-dar tiegħu fl-Iklin, fejn jinsab taħt il-ħarsien ta’ sidu.


https://www.facebook.com/photo.php?fbid=10217720341987213&set=a.4680032005686.193459.1440379425&type=3
//= $special ?>