Kurżitajiet Lokali

RITRATTI: Franco x-xadin lura d-dar wara avventura madwar Malta

Franco x-xadin ġibed is-simpatija ta’ ħafna nies hekk kif fl-aħħar jiem kien qed idur dawra ma’ Malta.

Għal xi raġuni, Franco spiċċa ħarab mid-dar fejn jinżamm fl-Iklin u fil-jiem li għaddew intlemaħ f’diversi postijiet madwar Malta, fosthom f’residenzi privati fil-Madliena u saħansitra anke fil-lukanda Corinthia ta’ San Ġiljan.

Però l-avventura ta’ Franco ntemmet wara li tim tal-ambulanza tal-annimali ħadu lil Franco lura d-dar tiegħu fl-Iklin, fejn jinsab taħt il-ħarsien ta’ sidu.

Franco x-xadin spiċċa anke l-Madliena
Franco jiekol banana f’lukanda ewlenija f’San Ġiljan

https://www.facebook.com/photo.php?fbid=10217720341987213&set=a.4680032005686.193459.1440379425&type=3