Lokali

Żagħżugħ Sirjan bi ġriehi gravi wara li waqa’ f’sit ta’ kostruzzjoni

Ambulanza - Ritratt mill-arkivji

Żagħżugħ Sirjan kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li waqa’ madwar sular fuq il-post tax-xogħol. Il-każ seħħ f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Ġnien Ingraw, fil-Mellieħa, għall-ħabta ta’ nfosinhar meta waqt li l-vittma ta’ 18-il sena kien qiegħed jagħmel xi xogħol f’dan is-sit, għal xi raġuni għeleb għal isfel.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lill-barrani l-isptar għal aktar kura fejn aktar tard ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.

 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.