Mill-inkjesta dwar inċident li seħħ f’Mater Dei f’Jannar 2017 fl-inkubatur tal-embrijuni jirriżulta li t-telfien ta’ disa’ jew għaxar embrijuni kien kaġun ta’ żball uman.
Fi stqarrija ministerjali d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne qal li fl-aħħar ta’ Jannar 2012 inħatret inkjesta indipendenti dwar inċident li seħħ fl-ART f’Mater Dei is-27 ta’ Jannar 2017. L-inkjesta tmexxiet mill-Imħallef Alberto Magri.
Kien rapportat inċiedent li fih l-inkubatur il-ġdid kien jinsab fuq stand by u seta’ kien hemm impatt negattiv fl-embrijuni fl-inkubatur involut. L-embrijuni kienu trasferiti f’inkubaturi oħra. Wara konuslatzzjoni, l-embrijuni kienu vijabbli iżda seta’ kien tardiv. L-embrijuni tpoġġew fil-pazjenti rispettivi iżda fl-ebda każ ma rriżutat tqala minn dawn l-embrijuni.
Id-Deputat Prim Ministru qal li l-inkjesta żammet 10 seduta mifruxa fuq 35 siegħa u nofs u fiha xehdu 26 xhud. L-inkubatur kien evalvat u anki saru testijiet fis-sistema elettrika. Kien eżaminat ukoll il-kompjuter, id-data logger u aċċessorji oħra. Fis-26 ta’ Jannar 2017 fis-6 p.m. sar iċċekkjar tad-dawl f’Mater Dei iżda dan ma kellu ebda effett fuq l-inkubatur minħabba li dan ma jiħux l-elettriku mis-sistema tal-elettriku tal-Isptar.
L-apparat fil-fatt ma ġarrab l-ebda interruzzjoni mis-sistema waqt li d-data logger wera li l-inkubatur mar stand by għal siegħat u fuqu ħadmu embrijoliġosti. Il-konklużjoni hi li kien stabbilit li l-inkubatur tpoġġa fuq stand by u pperikola l-embrijuni, li l-apparat kien jaħdem tajjeb u baqa’ jaħdem tajjeb, li ma rriżultat l-ebda prova li tindika xi persuna jew fatt partikolari li hu responsabbli għal dak li ġara. Wara l-eżamijiet fuq l-inkubatur, jirriżulta li l-apparat jista’ jerġa’ jintuża għax hu fi satt tajjeb. Qed ikun rakkomandat li jsiru diversi xogħlijiet biex ikun evitat li jerġa’ jseħħ dak l-inċident.
Il-Ministru Fearne kompla li fl-aħħar xhur kien hemm ħames embrijuni iffriżati li ma kinux involuti f’dan il-każ tant li tjejn minnhom toġġew f’pazjenti. It-tlett embrijuni għadhom jinżammu ffriżati. Wara r-rapport ittieħdu diversi passi kif rakkomandat fosthom CCTV u saru diskussjonijiet dwar spejjeż kollha abbinati ma’ dan iċ-ċiklu tal-IVF. Tlieta mid-disa’ koppji għandhom tarbija grazzi għal dan iċ-ċiklu.
Id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri qal li l-Oppożizzjoni turi solidarjetà mal-koppji involuti u sostna li kieku ma seħħx dan il-każ, l-embrijuni kienu jitwieldu. Hu qal li l-parlament għandu jħares tassew il-protezzjoni tal-embrijuni u l-ħajja mill-bidu nett tagħħa; mill-konċepiment. Stephen Spiteri sostna li l-parlament irid jifhem li d-diskussjoni dwar l-embrijuni m’hix dwar oġġetti iżda dwar umani. Hu appella biex ikun hemm iktar salvagwardji biex ma jsirux inċidenti simili.
Id-deputat Nazzjonalista Mario Galea staqsa dwar l-embrijuni li kienu vijabbli u dwar il-ħsara li setgħet saritilhom. Hu staqsa wkoll jekk l-alarm insetmax.
Il-Viċi-Kap tal-PN David Agius staqsa dwar l-inkubaturi l-oħra u s-sistemi li dawn għandhom, jekk l-inkubatur involut llum hux jiffunzjona. Hu qal li l-inkubatur mar stand by għal 24 siegħa waħda iżda jidher li ħadd m ra dan jiġri għalkemm intqal li sar xi xogħol fuqu. Hu staqsa kif san seta sar.
Id-depuat Nazzjonalista Claudio Grech qal li l-istqarrija tirrikonoxxi li embrijun hu persuna u mhux ċellola. Dan jirifletti li hawn kunsens unanimu dwar dan il-fatt, sostna Claudio Grech, li staqsa lill-Ministru jispjega eżatt x’ġara u kemm kien hemm embrijuni impattati. Hu talab lill-ministru jikkonferma li l-embrijuni kollha impattati intilfu. Jirriżulta li disa’ jew għaxar persuni intilfu, sostna Claudio Grech, li qal li l-inkubatur ma marx stand by waħda iżda jrid ikun hemm raġuni amministrattiva. Ir-responsabbiltà għal dawn l-għaxar persuni trid tintrefa’, sostna Claudio Grech.
Id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina staqsa jekk il-Ministru jistax iserraħ ras kulħadd li inċidenti simili ma jerġgħux isiru.
Id-deputat Nazzjonalista Hermann Schiavone staqsa jekk il-koppji ngħataw għajnuna psoloġika.
Id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar qal li hu obbligu tal-parlament li jissalvagwardja l-ħajja mill-konċepiment sat-tmiem. Hu qal li ma jirriżultax meta l-investigazzjoni tlestiet.
Il-Ministru Chris Fearne wieġeb li l-inkjesta tlestiet ftit ġimgħat ilu u sostna li l-inkjesta qalet li l-inċident ma kellux x’jaqsam mal-qtugħ tal-elettriku għaliex l-inkubatur għandu supply seperat. Jidher li l-inkubatur tpoġġa fuq stand by b’mod aċċidentali bi żball uman. F’dawn il-ġranet f’Mater Dei hemm embrijuni iffriżati u kien hmm sa ħames embrijuni iffriżati biex issa fadal tlieta. Dawn ma kinux involuti fl-inċident. X’aktarx li fl-10.30 am adkinhar tal-każ l-inkubatur tpoġġa fuq stand by mode u tħalla f’dan l-istat bi żball uman. Hu qal li l-koppji involuti ngħataw għajnuna.
//= $special ?>