Sport Sport Ieħor

BOWLING: Midalja tad-deheb għal Malta fil-Kampjonati tal-Mediterran

Justin Caruana Scicluna bil-midalja tad-deheb

Il-bowler Malti Justin Caruana Scicluna rebaħ il-midalja tad-deheb waqt il-Kampjonati tal-Mediterran li qed isiru bħalissa fit-Turkija. Caruana Scicluna iddomina l-kategorija tal-irġiel u temm b’total ta’ 1254 punt.

Hu għeleb l-isfida tal-Grieg Roros Stamatios li ġab total ta’ 1235 punt u ta’ Tolga Sismanogullar li ġab 1214 punt li spiċaw fit-tieni u fit-tielet post rispettivament.

Din hi t-tieni darba li Caruana Scicluna rebaħ id-deheb f’dawn il-Kampjonati. L-ewwel darba kienet lura fl-2013 fis-Slovenja. B’kollox, din hi l-40 midalja tad-deheb li rebħet Malta f’dawn il-Kampjonati.

Il-bowler Malti l-ieħor li kien qed jikkompeti f’din il-kategorija, Mauro Anastasi ukoll kellu prestazzjoni tajba hekk kif spiċċa fit-tmien post b’total ta’ 1178 punt.