Is-sistema teknoloġika tal-VAR kompliet toħloq aktar kontroversja – u bħalma ġara lbieraħ, għadna qatt ma rajna fid-dinja tal-futbol.
Fil-partita bejn Mainz u Freiburg, valida mill-kampjonat Ġermaniż, il-plejers daħlu jistrieħu fid-dressing room fi tmiem l-ewwel taqsima u ftit sekondi wara kienu msejħa lura fil-grawnd mir-referee għaliex mill-filmati li ra bil-VAR f’ħin il-mistrieħ, iddeċieda li kellu jingħata penalty kontra Freiburg.
Il-plejers ħarġu mid-dressing room biex jagħtu l-penalty, wieħed li tefa’ lil Mainz fil-vantaġġ qabel iż-żewġ timijiet reġgħu daħlu jkomplu l-ħin tal-mistrieħ.
Intant id-deċiżjoni tal-VAR ġabed magħha protesti kbar mill-partitarji li waddbu għexieren ta’ rollijiet tat-toilet paper fil-grawnd.
//= $special ?>