Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia se jivvota kontra l-emendi għall-abbozz ta’ liġi li l-Gvern qed jittimbrah bħala wieħed favur il-protezzjoni tal-embrijuni.
Dan għaliex, kif jispjega Adrian Delia, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista hu favur il-ħajja, dan l-abbozz ta’ liġi hu wieħed mgħaġġel li ma joffrix il-protezzjoni lill-ħajja.
Il-grupp parlamentari tal-Partit Nazzjonalista se jitħalla fil-rtà li kull membru jivvota skont il-kuxjenza tiegħu, bi free vote.
Jien favur il-ħajja, mill-bidu nett, mill-konċepiment sat-tmien naturali tagħha. Din il-liġi li qed tissejjaħ bħala emendi għall-protezzjoni tal-embrijun. L-embrijun hu l-ħajja, hu uman, u allura hi liġi kontra l-ħajja. Hu għalhekk li jien se nivvota kontra din il-liġi.
Tant hu hekk li l-Partit Nazzjonalista hu favur il-ħajja, li kien l-istess partit li daħħal il-liġi tal-IVF f’pajjiżna. B’hekk ta l-opportunità lill-koppji kollha li xtaqu ħajja ġdida fi ħdan il-familji tagħhom.
Issa l-Partit Nazzjonalista se jkun qed jenfasizza wkoll biex il-proċess tal-IVF ikun dejjem iktar aċċessibbli għal kull min irid il-ħajja, inkluż billi l-proċess kollu jkun b’xejn.
Il-proċessi kollu, għandu l-Gvern jikkommetti li jkunu b’xejn. Mhux biss il-proċessi imma wkoll il-mediċini u l-għajnuna kollha li għandu jagħti.
Grazzi għal proċess ta’ diskussjoni li l-Partit Nazzjonalista lest jikkontribwixxi fih, dan kollu jrid isir f’rispett tal-ħajja u d-dinjità tal-ħajja, li huma valuri tas-soċjetà tagħna.
Fid-dawl ta’ dan il-kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia jistaqsi wkoll għaliex il-Gvern għandu għaġġla biex jgħaddi dan l-abbozz mill-iktar fis possibbli.
Ħa nitkellmu wkoll fuq din l-għaġġla tal-Gvern, li qisu b’xi mod irid jibqa’ għaddej, għal xi raġuni jew oħra. Il-Gvern li, kuntrarju għall-Oppożizzjoni li tkellmet, iddiskutiet u għamlet xhur biex waslet għal kunsens unanimu fuq il-liġi tal-IVF, dan il-Gvern fi tlett ijiem ta’ xogħol irid jgħaddi din il-liġi li hi tant sensittiva, importanti u tiddefinixxi lil dan il-pajjiż tagħna fejn sejjer.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia wiegħed li l-ħidma kollha possibbli li jista’ jsir biex il-familji jitkattru u jkollhom il-ħajja ġdida fi ħdanhom.
//= $special ?>