Il-Gvern llejla irrifjuta li jagħmel stqarrija ministerjali dwar ir-rapporti fil-media internazzjonali li l-Ministru Chris Cardona kien f’kuntatt ma’ wieħed mill-persuni akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Caruana. Il-Gvern naqas ukoll li jwieġeb dwar ir-rapporti li l-akkużati kienu informati minn qabel dwar l-arrest tagħhom.
Din il-pożizzjoni l-Gvern ħadha wara li l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia insista fil-parlament li l-gvern jagħmel stqarrija ministerjali dwar ir-rapporti pubblikati fil-media internazzjonali aktar kmieni llum.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li fil-pajjiż hawn kultura ta’ biża’, ta’ ħabi u tas-skiet. Flaħħar siegħat kienu żvelati stejjer minn aġenziji barranin dwar il-każ ta’ Caruana Galizia. Hu tkellem dwar min kellu l-kurreġġ jitkellem u sostna li dan hu mument fejn id-dinja qed tistaqsi ċertu mistoqsijiet dwar Malta. It-tmexxija tal-pajjiż mhix fil-parlament f’dak il-ħin biex twieġeb u għalhekk l-Oppożizzjoni qed tistaqsi l-mistoqsijiet li l-poplu għandu dritt jagħmel.
Il-Whip tal-Gvern Byron Camilleri ressaq point of order u qal li ma jistax ikun aċċettat li isiru diskorsi kif qed jagħmel il-Kap tal-Oppożizzjoni.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia staqsa jekk il-Gvern għandux intenzjoni li jagħmel stqarrija ministerjali dwar dak li l-poplu għandu dritt ikun jaf.
Fuq point of order, il-Whip tal-Gvern Byron Camilleri nsista’ li l-Kap tal-Oppożizzjoni jispeċifika taħt liema regola qed jagħmel din it-talba tegħu.
Il-Viċi-Kap tal-Oppożizzjoni David Agius qal li dan hu l-mument tal-istqarrijiet ministerjali u għalhekk il-Kap tal-Oppożizzjoni għandu dritt jistaqsi jekk hux se ssir stqarrija ministerjali.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni staqsa kemm ilu jaf il-Gvern bl-informazzjoni li ħarġet illum u biex jgħid jekk ministru tiegħu ltaqax ma’ dawk akkużati bil-qtil ta’ Caruana Galizia u kif ministru tiegħu iltaqa’ wara l-qtil mal-istess persuni. Id-demokrazija saritilha għamad u qed tissikket fejn il-gvern qed jaħseb li se jibqa’ għaddej anki minn fuq qtil ta’ ġurnalista.
Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qal li fil-Kamra hemm il-Ministru tal-Intern u staqsih iwieġeb jekk l-akkużati kinux avżati qabel l-arrest li se jkunu arrestati.
Wara li l-Gvern baqa’ jirrifjuta li jagħmel stqarrija ministerjali l-Oppożizzjoni ħareġ ‘l barra mill-parlament.
//= $special ?>