Il-Kamra tal-Kummerċ, Intrapriża u l-Industrija kjarifikat statistika tal-Eurostat dwar spejjeż marbuta mal-ispejjeż tal-impjiegi li jħallas min iħaddem ġiet interpretata b’mod ħażin.
Il-Kamra qalet li meta tikkalkula dawn l-ispejjeż wieħed irid iqis l-bonuses li jingħataw lill-ħaddiema u l-kontribuzzjonijiet li jingħataw għall-leave tal-maternita’ imħallsa minn min iħaddem. Il-Kamra tal-Kummerċ qalet li dawn ifissru 12.5% mill-ispejjeż mhux relatati mal-pagi.
Fl-istqarrija, l-istatut qal ukoll li min iħaddem hu affaċċjat b’sitwazzjoni fejn f’Malta għandna l-inqas ħinijiet tax-xogħol fl-Ewropa – hekk kif pajjiżna għandu l-aktar vaganzi mħallsa fl-Unjoni Ewropea b’total ta’ 39 ġurnata, meta l-medja Ewropea hi ta’ 32.5-il ġurnata.
Il-Kamra tal-Kummerċ irrimarkat li mhux in-nuqqas ta’ kuxjenza soċjali li għandha l-Kamra tal-Kummerċ li ġalitha tikteb din l-istqarrija – iżda il-konvinzjoni tagħha għall-kompetittivita’, Malta tista’ biss tassigura li jkollna sostenibbilita’ ekonomika għall-impjiegi.
//= $special ?>