Lokali

Karozzi jispiċċaw mirduma mill-knatan

Inċident mhux tas-soltu seħħ dalgħodu fi Triq l-Indipendenza f’Ħaż-Żebbuġ, fejn żewġ karozzi spiċċaw ġarrbu ħsarat konsiderevoli wara li waqa’ ċint għal fuqhom.

Ritratti li rċieva dan is-sit juru l-istat li fih spiċċaw il-karozzi li kienu ipparkjati, b’waħda minnhom kważi titkisser kompletament. Il-karozza l-oħra għandha xi ħsarat fuq in-naħa ta’ quddiem.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-inċident.

Il-każ seħħ viċin sit fejn bħalissa għaddej xi xogħol b’gaffa.