Il-mina li minn Ħal Luqa tagħti lejn ħal Kirkop tinsab magħluqa għat-traffiku minħabba li fl-aħħar sigħat beda xogħol infrastrutturali urġenti.
Konsegwenza ta’ dan, fiż-żona nġema’ traffiku qawwi li wassal saħansitra biex uħud qed jirriskjaw li jitilfu t-titjiriet tagħhom.
Ix-xogħol qed isir minħabba li Transport Malta ma kinitx kuntenta bix-xogħol ta’ asfaltar li sar fil-mina. Madankollu dan ix-xogħol fi Triq l-Ewwel Titjira 1915, li tinkludi wkoll din il-mina, kellu jkun lest sa nhar is-Sibt.