Raġel ta’ 35 sena, minn Ħad-Dingli sofra xi ġrieħi wara li ndarab fuq vapur ġewwa l-Laboratory Wharf, f’Raħal Ġdid.
Minn investigazzjoni tal-pulizija irriżulta li r-raġel kien qed jagħmel xi xogħol fuq vapur meta waqa’ xi ħadid fuqu.
Membri mil-korp tal-pulizija u mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili marru fuq il-post. Intant l-vittma ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjoni tal=pulizija fuq il-każ għadhom għaddejjin.
//= $special ?>