Illum tħabbret il-mewt ta’ Taber Hammond, plejer Amerikan ta’ 33 sena li jilgħab mat-tim lokali ta’ Overseas.
Hammond instab mejjet fir-residenza tiegħu l-Ħadd li għadda, jum wara li kien lagħab fil-finali ta’ ME Direct Bank bejn Stompers u Overseas. Il-kawża tal-mewt ta’ Taber Hammond għadha mhux magħrufa.
Hammond kien jaħdem ma’ kumpanija fl-Istati Uniti li tipproduċi l-prosteżi tas-saqajn u kien trasferit f’Malta mill-istess kumpanija MCOP International biex jaħdem fl-Isptar Mater Dei fl-Orthotics and Prosthetics Unit.
Hammond kien jilgħab ir-rugby fl-Istati Uniti u kompla jipprattika dan l-isport meta ngħaqad mat-tim ta’ Overseas.