Il-Pulizija qed tinvestiga serqa oħra, din id-darba minn ħanut tan-nuċċalijiet, li saret fil-lejl ta’ bejn it-Tnejn u t-Tlieta.
Il-każ seħħ f’Birkirkara, fi Triq in-Naxxar, fejn persuna jew persuni mhux magħrufa daħlu fil-ħanut u serqu kemm flus kontanti kif ukoll nuċalijiet ta’ valur.
Din hi t-tieni serqa relata mal-istess ħanut, hekk kif ġimgħatejn ilu saret serqa oħra f’ħanut ieħor li jinsab Triq Żabbar fil-Fgura. Dakinhar kienu nsterqu biss flus kontanti.
Fil-post matul il-ġurnata tat-Tlieta dehru uffiċjali tal-Pulizija jgħassu l-entratura hekk kif komplew l-investigazzjonijiet b’rabta ma’ dan il-każ.
F’temp ta’ ftit jiem, dan hu t-tieni każ fejn ħwienet tal-istess sidien sfaw fil-mira ta’ ħallelin fi żmien qasir. Dan wara li fl-aħħar jiem il-kumpanija tal-ħwejjeġ Xiks sfat misuqa darbtejn minn ħwienet faċċata ta’ xulxin fil-Ħamrun.
Madankollu s’issa m’hemmx informazzjoni li s-serqiet mill-ħwienet Xiks u dawk mill-ħwienet tan-nuċċalijiet għandhom xi rabta bejniethom.
//= $special ?>