Internazzjonali

Theresa May tiċħad li r-Renju Unit attakka lis-Sirja fuq ordni ta’ Donald Trump

Il-Prim Ministru Theresa May ċaħdet akkużi li r-Renju Unit attakka b’bombi missilistiċi fis-Sirja wara ordni mill-President Amerikan Donald Trump, fl-ewwel seduta li kellha taffaċċja mistoqsijiet Parlamentari minn meta seħħu l-attakki militari.

Theresa May insistiet li hi kienet moralment u legalment korretta meta ordnat l-attakki ta’ tliet siti partikolari fejn kienu jkunu maħżuna u prodotti bombi kimiċi li ntużaw fuq il-poplu Sirjan stess mill-President tagħhom Bashar al-Assad.

Minn naħa l-oħra, d-deputat Jeremy Corbyn qal li l-attakki mir-Renju Unit fis-Sirja qajmu numru ta’ mistoqsijiet dwar il-legalita’ tagħhom, u talab lill-Gvern Brittaniku biex jippubblika l-pariri legali li ngħata dwar din id-deċiżjoni.