Futbol Lokali Sport

Botta u risposta bejn Nainggolan u partitarju Malti

L-istorja bdiet wara video li tpoġġa' fuq is-social media

L-għajta “Forza Lazio” f’wiċċ Radja Nainggolan ta’ Roma donnha ma tantx niżlet tajjeb mal-midfielder Belġjan – tant illi fuq Instagram kellu jwieġeb għaċ-‘ċajta’ li għammillu partitarju Malti nhar is-Sibt li għadda.

Il-video ittella’ fuq Facebook u Instagram minn Paul Saliba, partitarju kbir ta’ Lazio.

Lill-Malti, Nainggolan qallu “kemm tlaqt tiġri!”

Pront iwieġeb saliba u jgħidlu “konxju tal-kelma nkejja? Serraħ rasek li ma bżajtx minnek. Anzi, ġibt rispett lejn t tfal tiegħek”.