Ġuvni ta’ 22 sena residenti l-Għarb qed isofri minn ġrieħi serji wara li llum waranofsinhar kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq l-Imġarr, limiti tax-Xewkija, Għawdex.
Il-ġuvni li kien qed isuq mutur tat-tip Yamaha kellu impatt ma’ vettura tat-tip Mitsubishi Pajero li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 66 sena residenti n-Nadur.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Ġenerali t’Għawdex sabiex jingħata l-kura meħtieġa fejn hemmhekk ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji. Iktar tard hu ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ħelikopter sabiex ikompli jingħata l-kura meħtieġa.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr. J Vella Cuschieri LL.D ħatret diversi esperti biex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>