Lokali Parlament

IL-PARLAMENT SOSPIŻ: Il-Gvern jibqa’ jirrifjuta stqarrija dwar l-involviment ta’ Chris Cardona fl-investigazzjonijiet dwar Caruana Galizia

Skuża li l-urġenza kienet ilbieraħ u mhux illum

Il-Gvern qed jibqa’ jirrifjuta li jagħmel stqarrija ministerjali dwar l-aħħar żviluppi internazzjonali li żvelaw kuntatti bejn il-Ministru Chris Cardona u wieħed mill-akkużati fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Il-parlament bħalissa jinsab sospiż biex id-Deputat Speaker Claudette Buttigieg tagħti deċiżjoni dwar mozzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni biex il-Gvern jagħmel stqarrija.

Fil-parlament, il-Kap tal-Oppożizzjoni sostna li Artiklu 13 tal-Istanding Orders jgħid li ebda mozzjoni definita ta’ importanza pubblika urġenti ma tista’ ssir meta membru tal-Kamra ma jqumx minn postu u jressaq l-aġġornament biex tkun diskussa matejra ta’ natura uġrenti. Hu qal li lbieraħ ġrupp ta’ ġurnalisti barranin minn media differenti minn madwar id-dinja iffukata fuq Malta u ħarġu storja li titlob b’responsabbilta li jkunu mwieġba ċertu mistoqsijiet. L-Oppożizzjoni talbet jekk il-gvern hux se jagħmel stqarria ministerjali kif il-Gvern jagħmel fuq suġġetti ta’ materji ta’ importanza.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia semma l-qtil ta’ Caruana Galizia u sostna li l-gvern għadu ma għamilx stqarrija ministerjali. Hu staqsa jekk il -gvern hux se jagħmel stqarrija ministerjali biex jagħti t-tweġibijiet lin-nies li għandhom dritt li jkunu jafu. Jekk il-gvern mhux se jagħmel stqarrija, l-Opożizzjoni tissostanzja l-mozzjoni tagħha.

Id-deputat Prim Ministru Chris Fearne qal li r-regoli tal-parlament jispeċifikaw l-urġenza u sostna li l-urġenza kienet ilbieraħ. Hu qal li Adrian Delia kellu l-opportunità li jikkwota l-istanding orders ilbieraħ u sostna li l-urġenza llum għaddiet. Il-Ministru Fearne qal li l-parlament għandu jiddiskuti suġġeti ta’ natura urġenti iżda l-parlament irid jimxi bi proċedura. Il-Gvern ma jkollux porblema jiddiskuti u titressaq private members bill fil-ġurnata tal-Oppożizzjoni.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li hemm tliet issues preċiżi li titlob il-liġi fosthom l-interess pubbliku u dak nazzjonali. L-interess nazzjonali għandu portata iktar minn dak pubbliku għax jolqot lil kulħadd f’pajjiż sħiħ. L-interess pubbliku hu l-bżonn li xi ħaġa ma tibqax mistura u moħbija. Hu qal li l-interess pubbliku jeżisti u hu mogħti u konċess. Il-materija trid tkun definita u urġenti fid-dawl ta’ dak li qed jiġi miktub fil-media internazzjonali fejn issemma’ l-allegata inovlviment tal-Ministru Chris Cardona fl-investigazzjonijiet kriminali tal-qtil ta’ Caruana Galizia. Din hi materja defnita u speċifika.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li Chris Fearne qed iħallat l-urġenza u l-immedjat; li huma differenti. L-urġenza tfisser l-importanza kbira ta’ dak diskuss u x’tista’ teffettwa. L-urġenza tfisser il-ħsara li qed issir lill-pajjiż kuljum sakemmm il-Gvern jiqba’ jwebbes rasu għar-reputazzjoni tal-pajjiż. Din hi materja urġenti fejn it-tfal mhux qed jgħixu f’pajjiż demokratiku.

Fuq point of order, il-Whip tal-Gvern Byron Camilleri qal li l-Kap tal-Opożizzjoni ma jistax jibqa’ jagħmel diskors fuq il-mozzjoni għaliex din diġà inqrat.

Il-Viċi-Kap tal-PN David Agius qal li l-istanding orders jispeċifikaw li għandu jispjega l-mozzjoni.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li din hi materja li tikkonċerna mewt u li hemm opportunità ta’ investigazzjoni ulterjuri. Hu sostna li l-Prim Ministru kien iddikjara li se jonfoq il-miljuni biex jinqabad il-mandant tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Hu sostna li hu ċar li l-urġenza tfisser li jekk il-materja hix qed tagħmel ġid u jekk din tkun posposta hux se ssir iktar ħsara lill-pajjiż.

Id-deputat Prim Ministru Chris Fearne qal li l-Gvern ma jridx jirristinġi d-diskussjoni iżda l-urġenza kienet ilbieraħ u mhux illum.